Skip to main content

Ċentru Pastorali San Rokku

Fis-snin ħamsin il-propjeta’ għaddiet għand l-Ordni Sovran Militari ta’ Malta, li użaw il-bini bħala l-kwartieri tagħhom u bħala bank tad-demm. Fl-1997, il-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt, reġgħet kisbet il-pussess tal-propjeta’. Il-binja tnaddfet u ġiet restawrata bl-inizjattiva tal-Arċipriet, flimkien ma’ numru ta’ voluntiera.

Dar għal 'Teen Klabb' u 'Faith Formation'

F’Jannar 2015, grupp ta’ żgħażagħ daħlu għal proġett, Teen Klabb. Dan il-proġett kien immirat lejn l-adolexxenti fil-Belt Valletta u l-madwar. Teen Klabb ġie mniedi bil-għan li joħloq spazju formattiv sikur u jassisti spiritwalment lill-adolexxenti, billi jieħu approċċ olistiku billi jintegra l-fidi u t-tagħlim.

Il-proġett ta’ Faith Formation twieled ftit snin wara, li jfittex li jipprovdi ambjent fejn tfal u adoloxxenti minn oqsma differenti tal-ħajja jkunu jistgħu jitrawmu u jiġu appoġġjati spiritwalment.

Il-Kappella tal-Adorazzjoni

Il-kappella tal-adorazzjoni Adoremus fetħet il-bibien tagħha fil-festa ta’ Pentekoste fl-2020 u minn dakinhar ’il quddiem, ħafna nies żaru din il-kappella kwieta biex ikunu sostnuti spiritwalment.

 “Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma, hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla” Salm 42:2

Il-proġett tar-Restawr

L-appoġġ tal-Kenosis Foundation kien strumentali fil-proġett ta’ restawr tal-Palazzino fl-196, Triq Sant’ Ursula, il-Belt Valletta. Il-fondazzjoni għenet lill-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt, biex tikseb il-finanzjament sħiħ li kien jammonta għal nofs miljun ewro.

Qabel ir-Restawr

Minħabba l-kundizzjoni tal-faċċata tal-propjeta’ kienet qed tiddeterjora, kien meħtieġ restawr intens.

Wara r-Restawr

Internament, ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni kienu essenzjali fil-bitħa, it-taraġ tal-ġebel, il-kantina, is-Sala Nobile u l-ħitan u s-soqfa tal-propjeta’.

Il-proġett kien jikkonsisti wkoll fl-installazzjoni ta’ servizzi mekkaniċi u elettriċi, l-installazzjoni ta’ kmamar tal-banju u t-tqegħid ta’ madum u gypsum. Fil-livell tal-bejt, kien hemm bżonn ta’ aktar xogħol ta’ restawr, u ġie installat wkoll lift u numru ta’ pontijiet tal-azzar sabiex tiżdied l-aċċessibilita’ fi ħdan il-propjeta’.

L-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ipprovdiet il-finanzi ewlenin għall-proġett permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp. Il-Perit Silvienne Camilleri mexxiet dan il-proġett mill-bidu nett sal-aħħar. Il-Perit Steve Scicluna wkoll ikkontribwixxa għall-proġett meta kien hemm bżonn. Kontributuri ewlenin oħra kienu l-bank APS, MFSA, Farrugia Family Gozo, Rockwell Investments, BOV u Fenlex.