Skip to main content

"Spazju ta’ kenn għan-nies biex jiltaqgħu ma’ Kristu rxoxt."

Matul dawn l-aħħar snin, il-Belt Valletta għaddiet minn diversi żviluppi u dawn l-avvanzi ttrasformawha minn belt rieqda filgħaxijiet, għal belt ħajja u vibranti.

Ridna noħolqu dan l-ispazju biex in-nies jiltaqgħu ma’ Kristu rxoxtat, li jipprovdilna kenn filwaqt li nġorru l-piż tad-dinja fuq spallejna.

Għalkemm issib knisja jew niċċa ddedikata lill-qaddisin f’kull rokna fit-toroq tal-Belt, li wieħed jiltaqa’ ma’ post ta’ silenzju quddiem is-Sagrament Imbierek kien limitat ħafna.

Bħala Fondazzjoni, aħna ridna naġixxu fuq dan billi nipprovdu Kappella tal-Adorazzjoni biex in-nies li jżuru l-Belt ikollhom fejn jissodisfaw l-għatx spiritwali tagħhom.

“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.”

- Mattew 11:28

"Billi nieqfu quddiem Kristu Ewkaristiku, insiru qaddisin."

- Beatu Carlo Acutis

ĦINIJIET TAL-FTUĦ

7:00am – 10pm kuljum

IL-POST TAGĦNA
Adoremus Chapel tilqgħek u tgħinek tiġbor ħsibijietek fis-skiet, grazzi għall-ħidma ta’ Atmosphere Design.
Din il-kappella kienet iffinanzjata min The Agapi Trust No 2 Fund.