Skip to main content

Fix-xogħol missjunarju tagħna kelma li titfaċċa ta’ sikwit hija l-kelma providenza. Peres li qed naħdmu fl-għalqa tal-Mulej, insemmuha ħafna drabi.

 

Għalkemm li ssemmi kelma u li verament tifimha (tgħixha) hija xi ħaġa differenti. Huwa faċli tgħid xi ħaġa, imma li tifimha u tagħmilha parti minn ħajtek tirrikjedi għarfien aktar profond- għarfien li jiġi mill-esperjenza.

 

Meta nduru lejn il-Bibbja insibu ħafna ġrajjiet fejn Alla jkellem lil poplu tiegħu fuq il-providenza. F’dawn il-ġrajjiet nistgħu naraw element fejn il-bniedem irrid jerħi f’idejn il-fedelta ta’ Alla. Fil-fatt fl-Iskrittura naqraw li minkejja li aħna nfasslu ħafna pjanijiet, dak li jseħħ huwa l-ħsieb tal-Mulej (Proverbji 19:21).

 

Riċentement kont qed nirrifletti fuq kif il-providenza t’Alla u d-dipendenza huma relatati. Meta nsib ruħi f’baħar ta’ inkwiet, nasal f’punt fejn ikolli nintelaq Fih, u Hu dejjem jirrispondi. Fi kliem ieħor meta nintelaq f’idejH u nafda fil-providenza tiegħU, hu jipprovdi bl-aqwa mod u fl-aqwa ħin.

 

Dan jidher b’mod tanġibbli li missjoni li qedgħin nagħmlu, fejn jien ċert li l-proġetti li qed inwettqu fl-Etjopja, it-Tanzania u issa anke fil-Pakistan huma kollha frott tal-qawwa tal-provodenza Tiegħu.