Skip to main content

Spazju formattiv

Fid-9 ta’ Jannar 2015, grupp ta’ voluntiera nieda Teen Klabb: inizjattiva għall-adolexxenti fil-Belt Valletta u l-inħawi tagħha. Iddisinjat bħala spazju sigur u formattiv, Teen Klabb jgħin liż-żgħażagħ jibnu u jsaħħu ħiliet soċjali essenzjali permezz ta’ approċċ olistiku li jintegra t-tagħlim emozzjonali u soċjali mal-fidi. Il-kariżma li l-Ispirtu nissel fina ssib l-għeruq tagħha fis-sejħa tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca, meta fis-sena 1907 ikkolabora mal-Pjan tal-Imgħallem Divin sabiex permezz tal-lajċi “Kristu jsir magħruf u maħbub”.

Teen Klabb toffri alternattiva għal spazji soċjali fejn it-tfal u l-adolexxenti jistgħu jgħaqqdu u jinteraġixxu mal-ħbieb tagħhom taħt il-gwida ta’ voluntiera ddedikati. Dan l-ambjent sigur jippromwovi interazzjoni soċjali b’saħħitha filwaqt li jenfasizza l-ispiritwalità Kattolika b’mod prattiku u aċċessibbli għal kulħadd. Dan jitfa’ dawl fuq l-importanza tal-kura pastorali fil-vjaġġ tal-ħajja tal-adolexxenti. F’riflessjoni fuq din il-ħtieġa, il-Papa Franġisku osserva li ħafna żgħażagħ illum iħossu nuqqas profond ta’ appartenenza, u ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu minn kollox biex joħolqu ambjenti li jilqgħu fihom lil kulħadd, fejn jistgħu jesperjenzaw l-imħabba u l-affermazzjoni. (cf. Christus Vivit, 217-218).

X’nagħmlu f’Teen Klabb

Nipprovdu spazju sikur alternattiv

Il-Belt Valletta hija servuta minn numru ta’ spazji ta’ divertiment, bars u ristoranti. Minkejja dan, hemm vojt fejn jidħlu spazji soċjali b’saħħithom fejn il-pre-adoloxxenti u l-adoloxxenti jistgħu jiltaqgħu f’ambjent sikur.

Monitoraġġ waqt is-soċjalizzazzjoni

Il-pre-adoloxxenti u l-adoloxxenti jingħataw l-opportunita’ li jinteraġixxu m’oħrajn ta’ l-istess eta’ filwaqt li jiġu sorveljati mill-helpers apposta bi kwalitajiet diversi.

Il-ħiliet tat-tim

Inħeġġu lil-membri tat-tim biex il-kwalitajiet tagħhom jigu integrati ma’ l-attivitajiet li huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-pre-adoloxxenti u l-adoloxxenti.

Nitgħallmu waqt li nkunu qed naqdu

Teen Klabb jipprovdi ambjent ta’ tagħlim għall-helpers peress li huwa ppruvat li m’ hemmx mod aħjar kif wieħed iżid l-għarfien tiegħu milli permezz ta’ esperjenza hands-on.

Niċċelebraw il-birthdays

Iċ-ċelebrazzjoni t’għeluq snin il-pre-adoloxxenti u l-adoloxxenti hija importanti għax turihom li huma stmati. Jinghata ukoll rigal bil-ħsieb.

Servizzi ta’ ospitalita`

Li sservi ikel waqt Teen Klabb huwa essenzjali biex tinbena interazzjoni ma’ l-adolexxenti.

L-Attivitajiet Tagħna

  • Hangouts kull nhar t’Erbgħa
  • Ħarġiet regolari matul is-sena
  • Live-ins annwali
  • Attivitajiet mal-iskejjel
  • Klassijiet tal-mużika – lezzjonijiet tal-kitarra u l-pjanu ta’ kull ġimgħa.