Żgħażagħ Volontarjat

Qatt ħassejt is-sejħa li taqsam il-fidi tiegħek ma’ l-oħrajn?
Qedgħin noffru opportunita għal voluntiera żgħażagħ li jixtiequ jservu fil-missjoni tagħna f’Malta.
L-għan tagħna huwa li nissapportjaw tfal u adoloxxenti permezz ta’ diversi outreaches li jinkludu:

  • Katekiżmu u formazzjoni tal-fidi
  • Lezzjonijiet tal-mużika
  • Attivitajiet kreattivi
  • Għajnuna għall-maturita personali msejsa fuq prinċipji Kristjani

Nagħtu importanza kbira lis-servizz b’konsistenza, imħabba u dedikazzjoni. B’dan il-mod nistgħu noħolqu ambjent fejn it-tfal, l-adoloxxenti u l-voluntiera iħossuhom milqugħa  u jistgħu ikabbru l-ħiliet tagħhom.

Ingħaqad magħna u tkun qed tagħmel differenza fil-ħajjiet tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda!