Fis-7 ta’ Marzu 2023, il-Bord tal-Amministraturi tal-Kenosis Foundation kellu l-laqgħa Ġenerali Annwali li matulha l-Bord approva r-Rapport Annwali u l-kontijiet Annwali għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022.
Il-Bord tal-Amministraturi huwa kuntent u grat għal dak kollu li nkiseb matul l-2022 u jħares ’il quddiem biex ikompli jgħix l-għanijiet tal-Fondazzjoni; jiġifieri l-promozzjoni tal-valuri Kattoliċi permezz ta’ Faith Formation u t-Teen Klabb.