Lis-storja turina li wara kull battalja hemm rebħa. Nafu wkoll li wara kull rebħa fuq iż-żewg naħat ikun hemm ħafna telf li ma jkunx riparabli. Għal dawn id-daqq tar-rebħa jista ma jinstemax għax lis-storbju tat-telf ikun aktar qawwi.
Fil-ħajja tagħna jista jiġrilna l-istess; qisu l-għawġ u l-inkwiet huma aktar persistenti u l-ħoss tagħhom ittellef il-ħoss tar-rebħ li jkollna f’ħajjitna. Il-festa tal-Għid il-Kbir, tal-qawmien tal-Mulej mill-imwiet, turina rebħa fejn t-telf kollhu li kien hemm ġie merbuħ.
San Pawl, wara li b’mod personali ltaqa ma’ din ir-realta’ tal-qawmien, stqar
“Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu” (Filippin 3:8).
Allura nsaqsi x’inhu il-qlieħ tieghi? Kif ngħaraf u nirrispondi għal fatt li Alla jħobbni. Nibda minnhi – jekk lis-storjbu tat-tambur qiegħed jagħmel aktar ħoss f’ħajti qisni qiegħed ngħid lil Mulej li l-inkwiet tiegħi huwa akbar minnu.
Il-qawmien tiegħek Mulej huwa garanzija li m’hemmx inkwiet li huwa akbar minnek. Għalhekk bħal ma Int irbaħt fuq il-mewt, ħallini ndaħlek aktar fil-fond ta’ qalbi u għal darba oħra nerġa nisma id-daqq tar-rebħa li ksibt għalija.