Aġġornament tal-Missjoni
Lulju sa Diċembru 2023
Aħna grati lejn Alla li dan is-sajf kien mimli attivitajiet. Bdejna b’weekend għal-leaders biex nippreparaw għas-sajf u iż-żagħżagħ ingħaqdu magħna għal gurnata San Martin. Iż-żagħżagħ kellhom iċ-ċans imorru Splash & Fun kemm-il darba, ħarga li dejjem ġiet akkompanjata b’quddiesa. Kellna ukoll l-opportunità li nqattaw xi weekends flimkien gewwa Għawdex. Dawn tawna l-ispazju biex nistrieħu, nibnu kommunità bejnitna u fuq kollox, nitolbu flimkien.
L-ewwel min żewg esperjenzi għal qalbna das-sajf kienet meta grupp mit-tim tagħna marru World Youth Day f’Lisbona, esperjenza li żgur ħalliet ħafna frott. Matul dan iż-żmien leaders oħrajn komplew jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-Faith Formation u Teen Klabb.
It-tieni esperjenza kienet live-in organizzata għal dawk li għamlu il-Griżma. Iż-żagħżagħ vera ħadu pjaċir u il-weekend kien esperjenza formattiva li kompliet isaħħaħ it-missjoni ta’ Teen Klabb.
Ottubru tieħu iż-żagħżagħ lura l-iskola u il-Faith Formation tkompli bil-kateżimu biex jippreparhom ghal-Preċett u l-Griżma. F’Novembru bdew il-preparamenti ghall-attivitajiet tal-Milied, li eventalwalment wassluna għal-gimgħa tal-Milied, fejn ippartecipajna fil-purcissjoni bil-bambin fit-toroq tal-Belt. Kellna festin tal-Milied fejn bħal kull sena tajna riġal liż-żagħżagħ. Il-kulminazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet intlaħaq f’Lejliet il-Milied meta iż-żagħżagħ kantaw għanjiet tal-Milied u tlett żagħżagħ animaw il-panigierku fil-quddiesa tal-Milied.
Dawn l-attivitajiet stajna nagħmluhom bis-saħħa tal-benefatturi ġenerużi li minn sena għal sena jejnuna finanzjarjement. Nirringrazjaw l’Alla għal dak kollu li qiegħed jagħmel magħna.
“Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu. Bierek,ruħ tiegħi, il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.” (Salm 103:1-2)