Skip to main content

Xi ħaġa komuni li kull biedem jesperjenza hija l-biżà li ċertu drabi jkollha effett intensiv fuq l-imġieba tagħna. Jien meta nkun f’sitwazzjoni fejn niġi maħkum mill-biżà, ħaġa li ninnota huwa li l-leħen tiegħi jkun għoli. Dan ma jfissirx li għax il-leħen jogħla għandu jkollna xi privileġġ jew għandna l-verità assoluta f’dik iċ-ċirkostanza jew fil-ħsieb li jkun għaddej f’dak il-mument partikolari.

Ħaġa oħra, qisu meta l-biżà tgħolli rasha ma tħallinix ninżel fil-fond u nipprova niskopri xi għarfien ġdid fis-sitwazzjoni li nkun fiha, fl-esperjenza li nkun qiegħed ngħix. Is-saħħa fiżika, il-kumdità materjali, is-suċċessi tal-mument jistgħu inessuk għal ftit ħin però xorta waħda, meta l-biżà tgħolli rasha, faċli nsir skjav tagħha.

Il-Mulej ikkmandana li kull min ifittex isib. Għalhekk, meta niltaqgħu mal-biżà ejjew ma narawhiex bħala barriera u nirtiraw, ningħalqu u noqogħdu għall-vuċi tagħha. Ejjew nieħdu din l-isfida minflok inħalluha żżommna lura u narawha bħala ‘sign post’ jew sinjal li għandna ninżlu aktar fil-fond. Meta nagħmel dan se nkun fil-proċess li niskopri dan il-‘hidden gift’ li qiegħed hemm għalija. U x’inhu dan il-‘hidden gift’ ħlief li nagħraf li jien maħbub minn Alla u li Alla jinteressah mill-biżat tiegħi. Din il-verità għanda timlina bit-tama u din it-tama f’Alla ma tqarraqx bina. Għaliex ma tqarraqx bina?

“Għax l-imħabba ta’ Alla ssawwbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.” Rum 5:5

Ejjew mela nitolbu għal dan il-‘hidden gift’, l-Ispirtu t’Alla, ħalli ġġib trasformazzjoni fil-ħaјјa tagħna. Niftakru fl-Appostli li meta kienu magħluqin fiċ-ċenaklu mimlijin bil-biżà, malli niżel l-Ispirtu s-Santu l-biżà għaddiet u saru bnedmin ġodda rxuxtati ma’ Kristu.

Ejjew fis-skiet ta’ qalbna nitolbu b’fidi u tama sħiħa: ejja Spirtu s-Santu bil-qawwa tiegħek fuqi llum. U tiddejjaqx tirrepetiha. Shalom.