Skip to main content

Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù: hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.” (Fil. 2:5-8).

Il-kunċett wara l-isem tal-fondazzjoni, Kenożi, ġiet mill-vers fl-iskrittura hawn fuq mill-ittra ta’ San Pawl lil-Filippin. Fiċ-ċentru tal-passaġġ hemm dikjarazzjoni li Ġesu ‘xejjen lilu nnifsu’. It-terminoloġija Griega li juża San Pawl għal dil-frażi hija kenożi.

Li tiżvojta ruħek fl-Inkarnazzjoni hija l-ikbar espressjoni t’umilta’ f’Ġesu fejn iwarrab il-privileġġi tal-ġenna u jagħżel li “ixejjen lilu nnifsu” biex isalva lilna.

Bħala administraturi tal-Fondazzjoni Kenożi aħna ukoll irid ikollna il-moħħ ta’ Kristu fejn inwarrbu il-kburija, l-imħabba lejna nfusna, il-passjonijiet – u nikkonformaw ruħna lilU u naqduH skond ir-rieda tiegħU.

L-inspirazzjoni tal-logo għal-Kenożi ġiet mill-ħġieġ ikkulurit li ssib f’ħafna knejjes kattoliċi. L-ispazju negattiv fid-disinn huwa rifless tal-kunċett li “xxejjen lilek innisfek”, li hija id-definizzjoni ta’ Kenożi. Il-logo huwa imbagħad maqsum f’tlett partijiet biex tirrappreżenta it-Trinita’ t’Alla.