Skip to main content

Mulej, hawn hu l-post tiegħi—hawnhekk hu fejn inħossni f’posti. Naf bla dubju li jien prezjuż f’għajnejk. Grazzi Mulej, għall-preżenza tiegħek li tinħass b’mod tant reali. Inħossok viċin. Nisma’ l-vuċi tiegħek fil-melodijji tal-għasafar, fil-movimenti tas-siġar u fis-sinfonija tal-ħajja maħluqa minn idejk. Dawn kollha jirriflettu l-purità ta’ leħnek; jixbhu l-ħsejjes tas-sema u jikxfu s-sbuħija tal-ħolqien tiegħek.

Ix-shalom tiegħek—il-paċi perfetta tiegħek—mhijiex biss vera, imma magħmula biex tintleħaq. Hija ħielsa, tiċċarċar bħal xmara fi qlub miftuħa. Int issejjaħli, u jiena nwieġeb—forsi bilmod, imma b’qalb tassew sinċiera. Il-mixja tiegħi hija gradwali, iżda verament awtentika. Insejħilha għerf divin li jinagħaqad mal-kumplessità umana—grazzja li tagħti n-nifs lill-eżistenza fraġli tagħna, grazzja li toffri l-ħajja, u ħajja bil-kotra. (Ġw 10:10)

Min jista’ jieħu postek, Mulej? Il-poter? Il-fama? Il-prestiġju? Is-sbuħija u s-saħħa fiżika? Il-ġid materjali abbundanti? Tista’ xi waħda minn dawn timla x-xewqa tal-ruħ? Ejja nkunu sinċieri: min jista’ verament jieħu postok?

Ħadd u xejn ma jista’ jiġi mqabbel miegħek.

“Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma, hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla.” (Salm 42: 2)