Skip to main content

Rokku "Il-King"

Ma nafux minn fejn ġie u lanqas rajnieh sejjer.

Din hija l-esperjenza tagħna ta’ Rokku l-qattus makak u maħbub, li kien jiffrekwenta iċ-ċentru ta’ kuljum.

Kmieni mas-sebħ meta jkun raqad ġewwa iċ-ċentru kif  tinfetaħ il-kappella kien joħroġ sparat biex jagħmel ir-ronda tas-soltu u jmur jistenna wara xi bieb għal-ikla ta’ filghodu.

Imbagħad jerġa jiġi bil-kalma kollha, jistenna lil xi ħadd jidħol fil-kappella biex jidħol warajh. Il-lift ma kienx idejqu, fil-fatt kien jgħajjat u jnewwah biex tibgħatlu il-lift biex jitla fuq il-bejt.

Rokku Rokku semmejnik
Għax mill-ewwel ħabbejnik.
Kemm ferraħtna u daħħaqtna
Żgur se nibqgħu insemmuk.

Flok niddisispra, nirrangrazzja
‘il maħbub  Alla ħabba fik
Għax ftit aktar minn sentejn,
Il-providenza għoġobha tatik

Ħajja ħelwa fuq kull livell
Kont timilni b’ħafna ferħ,
Kif narak jew nisma’ leħnek
Ninsa’ kollox sal-present.

Rokku, Rokku we called you
As from the start we loved you.
You brought us so much joy and laughter
That we’ll definitely remember you.

Instead of despairing,
I am grateful to God for you.
Since the divine providence
Chose to give you two years with us.

A sweet life from every aspect,
You filled us with so much joy.
As soon as we’d hear your voice or see your face,
We’d instantly let go of our worries.