

Jien naf il-pjanijiet li ħsibt għalikom, oraklu tal-Mulej, pjanijiet ta’ ġid u mhux ta’ ħsara, li nagħtikom ġejjieni mimli tama.
Ġeremija 29:11



Niskopru l-Imħabba t’Alla
Il-laqgħat ta’ TeenKlabb+ isiru darba fix-xahar, nhar ta’ Ġimgħa, u huma miftuħa għal żgħażagħ li jixtiequ jgħixu l-fidi Nisranija tagħhom b’mod aktar profond.
L-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li jgħinu liż-żgħażagħ jgħixu l-fidi tagħhom b’mod prattiku u personali għall-età u r-realtajiet ta’ ħajjithom, filwaqt li jenfasizzaw li Alla tagħna mhuwiex imbiegħed jew indifferenti għal ħajjitna. Għall-kuntrarju, Hu jinsab qrib tagħna u jimpurtah ħafna mill-inkwiet u x-xewqat tagħna.
Barra minn hekk, ix-xewqat tagħna jsibu l-milja aħħarija tagħhom fil-Ħallieq. Dawn il-prinċipji joħorġu sew permezz tat-tagħlim tat-Teoloġija tal-Ġisem ta’ San Ġwanni Pawlu II, li nemmnu li hija partikolarment rilevanti għaż-żgħażagħ tal-lum. Dawn il-laqgħat iservu ukoll bħala opportunità biex jitrawmu voluntiera ġodda ta’ TeenKlabb u b’hekk inkompli nġeddu s-sejħa li rċivejna.