Skip to main content

Teen Klabb kompla bl-attivitajiet tal-għaxar anniversarju minn minndu beda jopera fil-qalba tal-Belt Valletta.

Naqsmu l-esperjenza ta’ Kristu ħaj

Fil-bidu tal-pontifikat tiegħu, Papa Franġisku għamel talba lill-Knisja biex taqdi fil-ħidma pastorali tagħha fil-periferija. Aħna lqajna dan il-messaġġ b’ferħ u b’ħeffa, u bdejna naħdmu maż-żgħażagħ fil-Belt biex naqsmu magħhom l-esperjenza ta’ Kristu ħaj u biex huma jagħrfu kemm huma maħbubin minnu.

Nirringrazzjaw lil Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, li ġie jżurna u jbierek l-ispazji ġodda fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jagħmlu attivita’ fiżika u fejn tfal u adolexxenti, permezz tal-‘music project’, jistgħu jattendu għal-lezzjonijiet tal-mużika.

Kif qal Mons. Arċisqof, xogħol bħal dan, jirrikjedi ħafna investiment u għalhekk huwa rringrazzja lill-benefatturi u flimkien tlabna speċifikament għalihom.